Tuesday, March 24, 2026

‘Il-futbol bħall-ħajja ġieli tajjeb u ġieli ħażin … ħu gost f’kull mument’ – Leon Theuma

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol?

Jien bdejt nittrenja l-futbol minn ta’ etá żgħira ta’ erba’ snin iżda l-futbol ma nħossx li tibda b’imħabba lejh iżda titwieled b’imħabba lejh. Iva jkun hemm bħal idoli li jgiegħluk tħobbu iżjed u tagħraf iżjed l-imħabba lejh.

X’tikkummenta fuq l-esperjenza preżenti tiegħek ma’ Mellieħa FC?

Mellieħa FC huwa klabb bi professjonalitá kbira li jilqa’ lil kull plejer bħala familja, klabb bl-ambizzjonjiet u kull mument huwa ta’ pjaċir għalija ma’ dan it-tim. Huwa klabb professjonali ħafna u jimxi b’ħafna rispett u irġulija.

X’inhuma t-tragwardi tagħkom għal dan l-istaġun?

It-tragwardi tagħna f’dan l-istadju tal-istagun huwa li nħallu l-klabb fl-Amateur League 1.

X’tikkummenta fuq il-kowċ, Vesko Petrovic?

Huwa kowċ tajjeb ħafna li għandu ħafna esperjenza kemm bħala plejer u anke bħala kowċ … dik tgħinna ħafna għax ikun kapaci jifhem iżjed lill-plejers.

X’tikkummenta fuq id-doppjetta li skorjajt fi spazju ta’ erba’ minuti fl-aħħar konfront kontra Qrendi?

Ifhem, kuntent ħafna u fejn nista’ dejjem nerġa’ nagħmel l-istess u anke iżjed … mertu jmur għal sħabi l-plejers ukoll għax f’kull gowl kienu involuti dejjem.

Kif tqis il-livell tal-futbol Malti fil-preżent, u kif rajtu jinbidel tul is-snin?

F’dawn l-aħħar snin il-futbol Malti għola bħala livell bla dubju kemm bħala kowċis, kif ukoll livell ta’ plejers. Ifhem sistemi inbidlu dawn l-aħħar snin kemm tattiċi, organizzazzjoni ta’ timijiet għal kull logħba differenti, b’iżjed plejers baranin f’kull diviżjoni. 

U dak tar-riżorsi (grawnds) fejn titħarrġu u tilagħbu l-logħob kompetittiv tagħkom?

Għall-grazzja t’Alla dejjem kont ma’ klabbs bil-pitch tagħhom u li jieħdu ħsibhom b’ċerta professjonalitá. Dwar il-pitches fejn nilagħbu hemm bżonn li jittieħdu daqsxejn iżjed ħsieb il-kundizzjonijiet tal-pitch u skont f’liema żmien inkunu qed nilagħbu. Fis-sajf issibhom nixfin iżżejjed tant li ż-żarbun jeħel u fix-xitwa b’daqsxejn xita jinfaqgħu bl-ilma. 

Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-futbol?

Jien plejer daqsxejn b’ambizzjonijiet jiġifieri sa ma nibqa’ b’saħħti u narani qed navvanza, nibqa’ nilgħab. Il-futbol sar fih ħafna commitment, bejn xogħol ukoll u affarijiet oħra tal- ħajja … iżda sa ma niflaħ u narani qed ngħin lill-klabb, nibqa’ nilgħab żgur!

Għaddi messaġġ finali lil min jixtieq jagħmel karriera ta’ suċċess fil-futbol.

Trid dejjem tkun dedikat u tagħti l-mija fil-mija tiegħek – il-futbol bħall-ħajja ġieli tajjeb u ġieli ħażin … ħu gost f’kull mument! 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport