Monday, November 10, 2025

‘Il-futbol huwa li tieħu pjaċir, speċjalment f’età żgħira … nistgħu ngawduh b’responsabbiltà biex nilħqu karriera ta’ suċċess’ – Enzo Romao

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Kif bdiet l-imħabba tiegħek għall-futbol?

Minn meta kont żgħir dejjem kont nara lil missieri jilgħab … li narah ġielitni aktar inkun interessat u kien hu li għallimni l-ewwel passi tal-futbol.

Iddeskrivi l-esperjenza preżenti tiegħek ma’ Mosta FC.

Dan huwa t-tmien staġun tiegħi ma’ Mosta FC, u l-aktar staġun ta’ sfida fl-aspetti kollha huwa dan l-istaġun, li għandu kalendarju mimli b’kompetizzjonijiet fl-iskejjel, fit-tim nazzjonali, u fil-klabb, kellna bidu tajjeb għall-istaġun imma sfortunatament ma stagħniex inżommu r-ritmu matul l-aħħar ftit logħob. imma xorta qed naħdmu ħafna biex nikklassifikaw it-tim mal-aqwa 6 tal-kampjonat.

U dak mat-tim nazzjonali Malti.

Fl-aħħar tliet snin żviluppajt f’ċentri reġjonali fl-IFF. Din is-sena rċevejt l-ewwel sejħa uffiċjali tiegħi biex nilgħab l-Albanija barra minn pajjiżna u biex nilgħab id-Development Tournament tal-UEFA U15 kontra San Marino, Andorra u Liechtenstein. Malta kisbet riżultati pożittivi, fejn skorjajt tliet gowls fl-aħħar erba’ logħbiet li rrapreżentajt lil Malta.

Kif tikkunsidra l-livell tal-futbol Malti bħalissa?

Fl-opinjoni tiegħi, fil-Kampjonat tal-kbar hemm lok kbir għal titjib tal-livell. Rigward l-età tagħna u15 hemm potenzjal kbir li nilħqu livell ogħla fil-futur tal-futbol Malti, ukoll nistgħu naraw kemm hija kompetittiva l-kampjonat tagħna skont il-klassifika din is-sena.

U dak tal-grawnds fejn tilagħbu l-logħob tal-kampjonat tagħkom?

Peressli nilgħab ma’ Mosta, nikkunsidra l-pitch tagħna l-aħjar grawnd għall-kompetizzjonijiet tal-youths f’Malta, imma mhux il-klabbs kollha għandhom il-kwalità tal-grawnd tagħhom f’kundizzjoni tajba biex jilagħbu futbol tajjeb.

Kif qed tħares ‘il quddiem lejn il-futur tiegħek fil-futbol?

Fadalli żmien twil biex nasal, imma mill-punto di vista tiegħi, jekk inkompli naħdem iebes bil-mentalità u l-impenn it-tajjeb, għandi ċ-ċans li nilħaq il-ħolma tiegħi li nsir plejer tal-futbol professjonali.

Għaddi messaġġ finali lil dawk iż-żgħażagħ li huma lesti li jibdew karriera ta’ suċċess fil-futbol.

Il-futbol huwa li tieħu pjaċir, speċjalment f’età żgħira, imma nistgħu ngawduh b’responsabbiltà biex nilħqu karriera ta’ suċċess li tista’ tbiddel ħajjitna.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport