Minn Cristian Muscat
Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol?
L-imħabba tiegħi lejn il-futbol bdiet minn mindu kont żgħir. Missieri dejjem inkorraġieni u kien jeħodni nittrenja minn etá żgħira. Kont bdejt ma’ Birkirkara FC, imbagħad komplejt ma’ Hamrun Spartans FC bħala nurseries.
X’tikkummenta fuq l-esperjenza tiegħek sa issa ma’ Vittoriosa Stars FC?
Bħala esperjenza ma’ Vittoriosa Stars FC, kienet waħda tal-ġenn, fejn tista’ tgħid sirna familja. Kellna staġun memorabbli, matul l-istaġun sibna diffikultaijiet u rnexxielna nqumu minnhom, kif ukoll kellna episodji li ma rajnihomx u ma bsarniex li se jiġru bħalma ġara lill-ħabib mibki iżda qatt minsi tagħna, Alejandro Brincat.
X’tikkummenta fuq l-istaġun li għadda għal dan it-tim, fejn ksibtu l-promozzjoni min-National Amateur League 1 għaċ-Challenge League bħala runners-up?
Naħdeb li kellna staġun pożittiv immens wara li lħaqna t-tragward tal-klabb, Nemmen li kemm għall- plejers kif ukoll għall-klabb kien staġun memorabbli.
U fuq il-kowċ, Jason Camenzuli?
Il-kowċ Jason Camenzuli huwa kowċ tajjeb ħafna, kif ukoll jifhem ħafna lill-plejers, u jipprepara tajjeb immens għal-logħba. B’hekk ħa l-frott u fl-aħħar tal-istaġun li għadda, ksibna l-promozzjoni.
Kif qed tħarsu lejn l-istaġun li ġej?
Qed inħarsu lejn dan l-istaġun b’ħerqa kbira. Mhux se jkun staġun faċli għax kull tim għandu viżjoni tajba sabiex jikseb il-promozzjoni. Se tkun triq mhux faċli peró nemmen li qed nippreparaw sewwa għal dan l-istaġun, u nemmen li se nilħqu t- tragward li nixtiequ!
Kif tqis il-livell tal-futbol Maltii fil-preżent?
Il-futbol Malti fil-preżent nemmen li qed jimxi fid-direzzjoni t-tajba kif anke nistgħu naraw in-nazzjonal miexi ‘l quddiem ukoll bil-prestazzjonijiet u r-riżultati li qed jinkisbu minnu. Madankollu, xorta waħda nemmen li għad hemm lok għal titjib.
U dak tar-riżorsi (grawnds) fejn titħarrġu u tilagħbu l-logħob kompetittiv tagħkom?
Bħala riżorsi, is-sena l-oħra konna fortunati li kellna grawnd fejn stajna nittrenjaw, kif ukoll kellna gym mal-grawnd sabiex inkunu nistgħu nużawh.
Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-futbol?
Il-futur tiegħi fil-futbol huwa li nimxi staġun bi staġun u skont x’jiġri matul ż-żmien nimxi minn hemm.
Għaddi messaġġ finali lil min jixtieq jagħmel karriera ta’ suċċess fil-futbol.
Il-futbol huwa wieħed mill-iktar affarjiet li jista’ jagħtik emozzjonijiet kemm sbieħ kif ukoll koroh f’ħajtek, u li titgħallem ħafna affarijiet minnu. Huwa sport sempliċi mmens b’opportunijatijiet kbar ħafna. Trid tieħu gost tilgħabu għax il-karriera hija qasira wisq u lanqas tinduna kif jibda jtir iż-żmien!