Tuesday, November 11, 2025

‘Il-futbol jagħtik is-saħħa biex kuljum iġiegħlek tiffaċċja sfidi u opportunitajiet ġodda li permezz tagħhom tħoss sodisfazzjon’ – Demis Grima

Aqra wkoll

Minn  Cristian Muscat

Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol?

Min etá żgħira kont dejem niġri bil-ballun kull fejn immorru mal-familja tiegħi, imbagħad missieri li llum jinsab il-Ġenna kien ħadni fin-Nursery tal-Marsa FC lura fl-1993. Kelli disa’ snin u bdejt nilgħab bħala goalkeeper.

Iddeskrivi l-esperjenza preżenti tiegħek bħala kowċ tal-goalkeepers ta’ Zurrieq FC.

L-esperjenza tiegħi bħala kowċ tal-goalkeepers ta’ Zurrieq FC, hija li ninsab għal qalbi minn kull aspett. Kuntent li nagħti servizz lill-goalkeepers ta’ kull etá. Kuntent ħafna wkoll bil-goalkeepers tat-tim tal-kbar li huma fiduċjuzi b’xogħli magħhom. Imbagħad bir-rispett li nirċievi mill-president Dino Bonnici u mill-kumitat, it-team managers u l-kowiċs u mhux inqas mill-plejers preżenti u ħafna mill-partitarji tagħna li jattendu għal kull partita. 

Kemm taħdem mill-qrib mal-kowċ, Jose Borg?

Mal-kowċ Jose Borg, ħdimt darba oħra miegħu mal-klabb ta’ Marsa FC. Illum erġajna qegħdin flimkien u nħossni komdu u kuntent li naħdem miegħu.  Naħdem qrib ovvjament miegħu u ma’ kowċis oħra mmexxu magna biex naraw il-klabb ikompli miexi fl-aħjar direzzjoni, kif tassew jixraqlu.

X’tikkummenta fuq l-andament tat-tim matul dan l-istaġun sa issa?

Hemm tim li nemmen fih mimli enerġija u grintuż bl-għaqda ta’ bejniethom li fiduċjuż li pass pass flimkien ħa jkomplu jkabbru isimhom fil-futbol Malti.

X’inhuma l-aspirazzjonijiet tagħkom għal dan l-istaġun? 

L-aspirazzjonijiet huma li niġġieldu mat-timijiet ta’ fuq u niksbu l-promozjoni li kull klabb ikun jixtieq.

Kemm hu importanti s-settur tal-grassroots fil-futbol?

Huwa importanti ħafna li titgħallem aktar tħoss sodisfazzjon kbir meta tara tfal kull ġurnata jagħmlu titjib u l-ikbar sodisfazzjon ikun l-imħabba li jagħtuk lura t-tfal.

Kif tqis il-mentalitá tal-isport f’pajjiżna fil-preżent?

Naħseb li għandna nħarsu aktar lejn it-tfal u żgħażagħ Maltin. 

Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-futbol?

Il-futur tiegħi hu li nkompi naħdem u ntejjeb il-kwalitajiet tiegħi bħala kemm kowċ tal-goalkeepers seniors kif ukoll fin-nursery.

Għaddi messaġġ finali lil min jixtieq jagħmel karriera ta’ suċċess fil-futbol.

Il-messaġġ tiegħi huwa li min jixtieq jagħmel karriera fil-futbol ma jaqtax qalbu. Il-futbol jagħtik is-saħħa biex kuljum iġiegħlek taffaċċja sfidi u opportunitajiet ġodda li permezz tagħhom tħoss sodisfazzjon.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport