Minn Cristian Muscat
Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol?
L-imħabba tiegħi lejn il-futbol bdiet meta kelli ħames snin meta in-nannu introduċieni fid-dinja tal-futbol u min dakinhar il-futbol sar parti importanti minn ħajti.
Iddeskrivi l-esperjenza preżenti tiegħek mal-klabb tiegħek, Hibernians FC. Bħalissa qed ngħix esperjenza sabiħa ħafna mal-klabb tiegħi,Qishom il-familja tiegħi.Hemm ambjent pożittiv, u t-tim kollu jaħdem flimkien biex intejbu kuljum kemm individwalment kif ukoll bħala grupp.
U dik mat-tim nazzjonali.
Li nilgħab mat-tim nazzjonali huwa unur kbir għalija. Kull darba li nilbes il-flokk ta’ Malta nħossni kburija u nħoss motivazzjoni biex nagħti l-aħjar tiegħi.
X’tikkummenta fuq l-andament tat-tim tiegħek matul dan l-istaġun sa issa?
Dan l-istaġun kellna xi sfidi iżda wkoll ħafna mumenti tajbin. Qed nitgħallmu minn kull partita u nemmen jekk inkomplu naħdmu nistgħu niksbu aktar riżultati pożittivi.
X’inhuma l-aspirazzjonijiet tagħkom għal dan l-istaġun?
L-aspirazzjoni tagħna hi li ntejbu lilna nfusna kemm fil-ground kif ukoll barra minnu, u forsi anke nirbħu xi ħaġa dan l-istaġun
Kif tqis il-livell tal-futbol tan-nisa f’pajjiżna fil-preżent?
Il-livell tal-futbol tan-nisa f’Malta qed jitjieb ħafna. Hemm aktar interess, aktar riżorsi u aktar impenji minn kulħadd biex it-talent lokali jikber.
U dak tar-riżorsi fejn titħarrġu u jkollkom il-kompetizzjonijiet uffiċjali tagħkom?
Ir-riżorsi tjiebu b’mod ċar f’dawn l-aħħar snin, imma dejjem hemm spazju għal aktar. B’aktar faċilitajiet u appoġġ, il-futbol tan-nisa jista’ jkompli jespandi aktar.
Kemm hu importanti s-settur tal-grassroots fil-futbol fosthom dak tan-nisa?
Il-grassroots hu essenzjali għax minn hemm jibda kollox. Jekk inħeġġu aktar tfal jibdew jilagħbu minn età żgħira, ikollna futur iktar b’saħħtu fil-futbol tan-nisa.
Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-futbol?
Nixtieq inkompli nikber bħala plejer, inżomm ruħi motivata u forsi xi darba nilgħab barra minn Malta. L-importanti hu li nibqa’ nagħmel dak li nħobb.
Għaddi messaġġ finali lil min jixtieq jagħmel karriera ta’ suċċess fil-futbol.
Il-parir tiegħi hu li qatt m’għandek taqta’ qalbek. Il-futbol jeħtieġ dedikazzjoni, paċenzja u passjoni. Jekk temmen fik innifsek u taħdem iebes, tista’ tilħaq l-għanijiet tiegħek.
‘Il-futbol jeħtieġ dedikazzjoni, paċenzja u passjoni … jekk temmen fik innifsek u taħdem iebes, tista’ tilħaq l-għanijiet tiegħek’ – Amy Catania