Id-destin tal-attakkant Serb, Dusan Vlahovic, ma’ Juventus jiddependi fuq ħafna fatturi partikolari. It-tim minn Turin irid jikseb post fil-UEFA Champions League tal-istaġun li ġej, biċċa xogħol li ma tidhirx daqshekk faċli minħabba li ġew imnaqqsa 15-il punt f’Diċembru li għadda. Barra minn hekk, il-Bianconeri jridu jirbħu l-UEFA Europa League biex jaslu sa dan it-tragward, xi ħaġa li għadha possibbli.
Sadanittant jekk Juventus ma jieħdux sehem fil-kompetizzjonijiet Ewropej Vlahovic jiġi mibjugħ bit-tim li jieħu somma tajba tiegħu.
Vlahovic issieħeb ma’ Juventus f’Jannar 2022 mingħand Fiorentina.