Tuesday, December 24, 2024

Il-Ġamajkana Shelly-Ann Fraser-Pryce ma titħalliex tieħu sehem fil-100m

Aqra wkoll

F’post kondiviż fuq il-media soċjali, Shelly-Ann Fraser-Pryce qalet li kienet diżappuntant għall-fatt li nibdlu xi regoli matul il-lejl qabel is-semi-finali u l-finali.

Hija stqarret li uffiċjal kien waqqafha milli tidħol fiż-żona tal-warm-up għax kellha bżonn akkreditazzjoni speċjali, pe­ress li ma kinitx tgħix fil-Villaġġ Olimpiku.

Iżda dik ir-regola ma kinitx ġiet applikata għaliha. Barra minn hekk, minħabba r-regola, hija tilfet il-warm-up. Minkejja li hija pprotestat li ħadd ma kien innotifikaha bil-bidla ta’ din ir-regola li saret fi ftit sigħat, xorta waħda ma tħallitx tidħol.

Rapporti fuq l-istazzjon televiżiv li qed ixandar b’mod dirett il-Logħob Olimpiku, sostnew li Fraser-Pryce ma kinitx imweġġa’, u r-raġuni għall-irtirar tagħha kien il-fatt li ġiet mċaħħda milli taċċessa t-track ta’ warmup.

Allegatament din setgħet tkun konfoffa jew irregolarità min-naħa tal-uffiċjali. Xorta waħda, għad irid jintqal ħafna aktar dwar din il-kontroversja bla bżonn.

Beda jingħad ukoll li l-atleta Ġamajkana tista’ tfittex lill-Kumitat Olimpiku Internazzjonali.

F’messaġġ fuq X, hija wriet id-diżappunt tagħha iżda xorta waħda rringrazzjat lis-segwaċi tagħha.

Din kienet il-ħames darba li ħadet sehem fl-Olimpjadi, bl-ewwel wieħed ikun dak ta’ Beijing 2008, fejn dejjem telgħet fuq il-podju … b’żewġ midjali tad-deheb, waħda tal-fidda u l-oħra tal-bronż.

Ekonomija

Sport