Ġappun……….. 2
Spanja………… 1
Kontra kull mistenni, il-Ġappun rebħu dan il-grupp meta dawru telfa f’rebħa biex għelbu lil Spanja bl-iskor ta’ 2-1 .
Spanja kellhom bidu tajjeb meta wara 12-il minuta fetħu l-iskor permezz ta’ daqqa ta’ ras ta’ Alvaro Morata biex irreġistra t-tielet goal tiegħu minn daqstant partiti.
Iżda żewġ goals f’temp ta’ tliet minuti, il-Ġappuniżi dawru r-riżultat favur tagħhom.
Fit-48 minuta kien Ritsu Doan li kiseb id-draw b’xutt b’saħħtu li għeleb għal kollox lil Unai Simon filwaqt li fil-51 minuta, Ao Tanaka, kompla l-ballun għal ġewwa wara li rċieva mingħand Kaoru Mitoma.
Ġappun: Shuichi Gonda, Shogo Taniguchi, Maya Yoshida, Ko Itakura, Yuto Nagatomo (Kaoru Mitoma 46), Ao Tanaka (Wataru Endo 87), Hidemasa Morita, Junya Ito, Takefusa Kubo (Ritsu Doan 46), Daizen Maeda (Takuma Asano 62), Daichi Kamada (Takehiro Tomiyasu 69) – Coach: Hajime Moriyasu
Spanja: Unai Simon, Alejandro Balde (Jordi Alba 68), Pau Torres, Rodri, Cesar Azpilicueta (Daniel Carvajal 46), Sergio Busquets, Pedri, Gavi (Ansu Fati 68), Dani Olmo, Alvaro Morata (Marco Asensio 57), Nico Williams (Ferran Torres 57) – Coach: Luis Enrique
Referee: Victor Gomes (Afrika t’Isfel)
Assistenti: Zakhele Siwela (Afrika t’Isfel)
Ammoniti: K. Itakura, S. Taniguchi, M. Yoshida (Ġ)