Ġermanja……. 1
Ġappun………. 2
Il-Ġappun irreġistraw it-tieni sorpriża ta’ din l-edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja, wara li l-Arabja Sawdija li għelbu lill-Arġentina, meta dawru telfa f’rebħa biex għelbu lill-Ġermanja 2-1.
Fl-ewwel taqsima, il-Ġermaniżi kienu l-aħjar team u ma kienet l-ebda sorpriża li fit-33 minuta fetħu l-iskor li wasal minn penalty ta’ ILKAY GUNDOGAN wara li David Raum ġie mwaqqa’ fil-kaxxa mill-goalkeeper Shuichi Gonda.
Eżatt ma’ tmiem l-ewwel taqsim, il-Ġermaniżi kellhom goal imħassar ta’ Kai Kavertz li kien f’pożizzjoni ta’ offside.
Fit-tieni taqsima, il-Ġappuniżi kienu team trasformat fejn ħarġu fuq l-offensiva u fetħu pressjoni qawwija.
Huma ġew ippremati fil-75 minuta meta Ritsu Doan kiseb id-draw meta xeħet fix-xibka wara li Manuel Neuer ma żammx ix-xutt ta’ Takumi Minamo.
U seba’ minuti mit-tmiem skorjaw il-goal tar-rebħa meta Takuma Asano kkontrolla cross fit-tul, żmarka lilu nnifsu qabel ma sammar il-ballun fis-saqaf tax-xibka.
Ġermanja: Manuel Neuer, Antonio Rudiger, David Raum, Niklas Sule, Nico Schlotterbeck, Joshua Kimmich, Kai Havertz (Mario Gotze 79), Jamal Musiala (Niclas Fullkrug 79), Ilkay Gundogan (Jonas Hofmann 67), Serge Gnabry (Youssoufa Moukoko 92), Thomas Muller (Jonas Hofmann 67) – Coach: Hansi Flick
Ġappun: Shuichi Gonda, Ko Itakura, Yuto Nagatomo (Kaoru Mitoma 57), Wataru Endo, Hiroki Sakai (Takumi Minamino 75), Maya Yoshida, Daichi Kamada, Ao Tanaka (Ritsu Doan 72), Takefusa Kubo (Takehiro Tomiyasu 45), Junya Ito, Daizen Maeda (Kaoru Mitoma 57) – Coach: Hajime Moriyasu
Referee: Ivan Barton (El Salvador)
Assistenti: David Moran (El Salvador), Zachari Zeegelaar (Surinam)