Saturday, December 21, 2024

Il-General Workers’ Union isserraħ ras il-ħaddiema ta’ De La Rue li l-ebda ħaddiem mhu se jintlaqat ħażin mill-bejgħ tad-Diviżjoni tal-Awtentikazzjoni

Aqra wkoll

Matul dawn il-jiem il-General Workers’ Union permezz tat-Taqsima Teknoloġija, Elettronika u Kommunikazzjon kienet impenjata fi proċess ta’ konsultazzjoni flimkien mar-rappreżentanti tal-ħaddiema ta’ De La Rue dwar l-impatt tal-bejgħ tad-Diviżjoni tal-Awtentikazzjoni tagħha lil Crane NXT Co. fuq il-kundizzjonijiet tal-ħaddiema. Proċess li matulu t-Taqsima ngħatat garanzija li l-ebda ħaddiem ma hu se jintlaqat ħażin.

“Wara l-konsultazzjoni mal-amministrazzjoni tal-kumpanija De la Rue, it-Taqsima kellha s-serħan il-moħħ u assigurazzjoni li l-ebda ħaddiem ma kien se jintlaqat ħażin b’dan il-pass,” qal is-Segretarju tat-Taqsima David Darmanin, fi ħdan il-GWU, li hija t-trejd unjin rikonoxxuta f’din il-kumpanija.

Minkejja li l-kumpanija De La Rue daħlet fi ftehim definit għall-bejgħ tad-Diviżjoni tal-Awtentikazzjoni, il-kumpanija se tkun qed issaħħaħ ir-reżiljenza u l-flessibbiltà tal-Grupp u dan ifisser ukoll li dan il-pass huwa ta’ serħan ir-ras għall-ħaddiema tagħha f’pajjiżna.

“Mhux talli hekk, anzi l-kumpanija bħalissa tinsab għaddeja minn espansjoni tal-fabbrika tagħha f’Malta, minn dik ta’ 14,000 metru kwadru għal 29,000 metru kwadru. Dan jixhed kemm l-investiment f’Malta se jkompli jissaħħaħ u Malta se tibqa’ l-punt ċentrali għall-investiment.

Ekonomija

Sport