Friday, November 15, 2024

Il-General Workers’ Union tiddikjara tilwima industrijali mas-Servizz Parlamentari

Aqra wkoll

Il-General Workers’ Union iddikjarat tilwima industrijali mas-Servizz Parlamentari dwar il-ħlas ta’ performance bonus. Dan ġara wara li diversi membri nfurmaw lit-Taqsima Gvern u Entitijiet Pubbliċi li ma rċevewx il-performance bonus li kienu intitolati għalih skont il-Ftehim Kollettiv, li għandu jingħata ta’ kull sena. 

Wara li t-Taqsima Gvern u Entitajiet Pubbliċi tal-GWU talbet kjarifika għal dak li bdew jallegaw il-membri ma ngħatat l-ebda tweġiba.
 
B’hekk il-GWU infurmathom li hekk kif il-perjodu ta’ stennija għat-tweġiba kien skada, filwaqt li tisħaq li l-benefiċċji għandhom jibqgħu, għaldaqstant iddikjarat tilwima industrijali. Fil-ġranet li ġejjin se ssir laqgħa ta’ konċiljazzjoni għand id-DIER rigward dan l-ilment u t-triq ‘il quddiem.   

Ekonomija

Sport