Friday, March 13, 2026

Il-General Workers’ Union tikseb rikonoxximent ieħor… din id-darba f’Aspire Global International Ltd.

Aqra wkoll

It-Taqsima Professjonisti, Finanzi u Servizzi fi ħdan il-General Workers’ Union kisbet rikonoxximent ewlieni ieħor tal-impjegati, din id-darba ngaġġati ma’ Aspire Global International Ltd.

Dan ir-rikonoxximent jikkonferma lill-GWU bħala l-unika unjin li tista’ tinnegozja b’mod kollettiv f’isem il-ħaddiema kollha.

Dan l-eżerċizzju seta’ jsir wara li l-maġġoranza tal-impjegati huma membri mal-GWU u ntalbet verifika mid-DIER. Rikonoxximent li ngħata wara l-proċess ta’ verifika mid-DIER fejn ikkonkluda li l-maġġoranza tal-impjegati ngaġġati huma membri tal-GWU.
F’kumment li tat is-Segretarju tat-Taqsima Riccarda Darmanin qalet li l-pass li jmiss hu li jibdew taħdidiet mal-maniġment dwar titjieb fil-kundizzjonijiet tax xogħol ta’ dawn il-ħaddiema għal negozjar ta’ Ftehim Kollettiv.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport