Friday, January 30, 2026

Il-General Workers’ Union tikseb rikonoxximent ieħor fil-MATS

Aqra wkoll

It-Taqsima Marittima u Avjazzjoni fi ħdan il-General Workers’ Union reġgħet kisbet rikonoxximent importanti fi ħdan is-servizz tal-Malta Air Traffic Services (MATS).

Dan ir-rikonoxximent jikkonferma lill-GWU bħala l-unika unjin li tista’ tinnegozja b’mod kollettiv f’isem in-nomenklaturi amministrativi kollha.

Dan l-eżerċizzju seta’ jsir wara li l-maġġoranza tal-impjegati ngħaqdu bħala membri tal-GWU u ntalbet verifika mid-DIER. Wara l-proċess ta’ verifika, id-DIER ikkonkluda li l-maġġoranza tal-impjegati ingaġġati huma membri tal-GWU, u għalhekk ingħata r-rikonoxximent uffiċjali.

F’kumment li ta s-Segretarju tat-Taqsima, Jurgen Azzopardi, qal li jħares ’il quddiem biex ikompli jibni fuq ix-xogħol li sar fil-passat, bil-għan li ikomplu jitjiebu l-kundizzjonijiet għall-ħaddiema kollha kkonċernati.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport