Thursday, April 2, 2026

Il-General Workers’ Union tirreġistra tilwima industrijali mal-RSSL dwar dewmien fil-Ftehim Kollettiv

Aqra wkoll

It-Taqsima Marittima u Avjazzjoni fi ħdan il-General Workers’ Union irreġistrat tilwima industrijali mar-Resource Support & Servicing Limited (RSSL) wara dewmien eċċessiv fin-negozjati dwar Ftehim Kollettiv ġdid.

Il-ħaddiema li ġew trasferiti minn Air Malta plc għal RSSL ġarrew magħhom il-kundizzjonijiet kollha tagħhom u baqgħu jgawdu minn Ftehim Kollettiv innegozjat għall-perjodu 2018–2022. Minkejja diversi tentattivi sabiex jintlaħaq ftehim ġdid, in-negozjati għadhom ma wasslux għal riżultat konkret. Din is-sitwazzjoni qed toħloq inċertezza fost il-ħaddiema affettwati, li ilhom jistennew kundizzjonijiet aġġornati, regolati skont ir-realtajiet attwali tal-lum, kif ukoll f’konformità assoluta mal-kundizzjonijiet li ġew miftiehma matul il-proċess ta’ trasferiment.

It-Taqsima qed tisħaq fuq il-ħtieġa li l-proċess tan-negozjar jiġi konkluż mingħajr aktar dewmien, fl-interess tal-ħaddiema kollha involuti li taw diversi snin ta’ servizz lil-linja nazzjonali Maltija. Wara li l-aħħar laqgħat ġew ikkanċellati, il-GWU rreferiet il-każ lid-Direttur tar-Relazzjonijiet Industrijali u Xogħol (DIER) sabiex tkompli bil-proċess ta’ eskalazzjoni skont il-liġi.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport