Il-General Workers’ Union tesprimi l-apprezzament tagħha lill-ħaddiema u l-uffiċjali kollha tal-entitajiet pubbliċi li wrew kuraġġ notevoli matul il-maltempata reċenti li affettwat lil pajjiżna. Fid-dawl tal-kundizzjonijiet ħorox tat-temp, dawn l-individwi ħarġu biex jipprovdu assistenza kull fejn kien l-aktar meħtieġ b’mod urġenti.
Barra minn hekk, nirrikonoxxu l-isforzi kontinwi ta’ dawk involuti fit-tindif u t-tiswija taż-żoni milquta serjament mill-maltempata. L-impenn u x-xogħol iebes tagħhom biex jindirizzaw il-ħsara li rriżultat huma ta’ min ifaħħarhom ħafna. Grazzi għad-dedikazzjoni u l-isforz sod tagħkom.

