Sunday, October 27, 2024

Il-Ġermaniżi jisħqu li għandu jkun hemm negozjati ma’ Putin biex tintemm il-gwerra

Eluf jipprotestaw kontra l-forniment tal-armi

Carmen Cachia
Carmen Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

Madwar 13,000 persuna nġabru f’Brandenburg Gate f’Berlin biex jipprotestaw kontra l-forniment ta’ aktar armamenti lill-Ukrajna, liema dimostrazzjonijiet qegħdin isiru fi bliet oħra madwar il-Ġermanja kollha. L-għajta ta’ dawn id-dimostranti hija biex il-gvern tagħhom jikkalma din il-kriżi serja fil-kontinent Ewropew billi minflok l-armi jara li jsiru negozjati mal-President Russu, Vladimir Putin.

L-eluf ta’ dimostranti favur il-paċi li kienu fiċ-ċentru tal-Ġerrmanja f’Brandenburg Gate laqgħu s-sejħa għall-protesta organizzata minn Sahra Wagenkneckt, membru tal-partit Links u l-femminista veterana, Alice Schwarzer.

Min-naħa tal-organizzaturi tal-protesta sostnew li l-parteċipazzjoni kienet ta’ madwar 50,000 persuna. F’diskors li tat Wagenknecht qalet li “dan huwa bidu ta’ inizjattiva miċ-ċittadini u bidu ta’ moviment b’saħħtu favur il-paċi fil-Ġermanja”. 

Hija qalet li d-dimostranti ngħaqdu minħabba l-fatt li ma jħossuhomx irrapreżentati mill-gvern ta’ Ola Scholz u l-ministru tal-affarijiet barranin tiegħu, Annalena Baerbock. Dan fir-rigward il-forniment tal-armi lil-Ukrajna. Fil-protesta kien hemm għadd ta’ kartelluni b’messaġġi dirett lill-gvern lokali fejn saħqu li għandu jieqaf il-qtil, m’għandhiex isseħħ gwerra u li m’għandhomx jingħataw aktar armi jew jintbagħtu s-suldati “fi gwerra li mhiex tagħhom”.

Min-naħa l-oħra, sostenituri tal-Ukrajna għamlu dimostrazzjonijiet b’appoġġ fejn talbu biex “tieqaf il-gwerra ta’ Putin” u “għinnu lill-Ukrajna tiddefendi lilha nnfisha”.

Sadanittant, il-merċenarj Russu Yevgeny Prigozhm ħabbar li l-grupp “Wagner” ħataf il-villaġġ ta’ Yahidne, fit-Tramuntana ta’ Bakhmut li jinsab fil-Punent tal-Ukrajna. Rigward dan, il-militar Ukren qal li villaġġi biswit iż-żoni prinċipalii tal-bet għadhom taħt il-kontroll ta’ Kyiv.

Sport