Monday, December 23, 2024

Il-Ġermanja kkonfermat li se tipprovdi lill-Ukrajna b’14-il tank tal-gwerra

Aqra wkoll

Iktar kmieni llum il-Kanċillier tal-Ġermanja Olaf Scholz, waqt laqgħa tal-Kabinett ikkonferma li l-Ġermanja se tipprovdi lill-Ukrajna b’14-il tank tal-gwerra tat-tip ‘Leopard 2’.

Dan wara għadd ta’ ġimgħat t’eżitazzjoni kbira u dibattiti politiċi dwar jekk għandhomx jintbagħtu iktar armamenti lejn l-Ukrajna minħabba biża’ ta’ eskalazzjoni ta’ kunflitt mar-Russja.

L-amministrazzjoni Ukrena qed tittama li permezz ta’ dawn it-tankijiet, il-gwerra Russo-Ukrajna tieħu żvolta oħra b’tali mod li l-Ukreni jkunu f’pożizzjoni li jerġgħu jiksbu lura t-territorju li waqgħu f’idejn l-armata Russa.

Intant, l-amministrazzjoni tal-President Amerikan Joe Biden huma mistennija jħabbru pjanijiet li jipprovdu minn tal-inqas 30 tank tat-tip M1 Abrams lill-Ukreni.

Intant, ir-Russja qalet li b’din il-konferma li l-Ġermanja se tibgħat tankijiet tal-gwerra avanzati ħafna fit-tekonloġija s-sitwazzjoni tista’ teskala filwaqt li sostniet li dawn it-tankijiet se jispiċċaw jinħarqu bl-armi Russi.

Ekonomija

Sport