Saturday, November 23, 2024

Il-Ġermanja tiċħad li ħolqot regoli li jxekklu l-ħidma tal-bastimenti tas-salvataġġ tal-immigranti

Aqra wkoll

Minn MELVIN FARRUGIA

Il-Gvern Ġermaniż ċaħad l-allegazzjonijiet ta’ gruppi umanitarji li qalu li tibdil fir-regoli tas-sigurtà dwar it-tbaħħir se jxekkluhom milli jsalvaw l-immigranti li jkunu fil-baħar. 

Dan wara li tliet gruppi li joperaw dawn il-bastimenti ta’ salvataġġ fil-Mediterran, akkużat lill-Ministeru tat-Trasport Ġermaniż li qed jagħmlilhom sabutaġġ billi jitlobhom isegwu regoli magħmula għal basimenti kummerċjali minflok dawk ta’ dgħajjes għal użu personali bħalma huma dawn il-bastimenti. 

Il-gruppi Mare Liberum, Mission Lifeline u RESQSHIP qalu li r-rekwiżiti tas-sigurtà l-ġodda huma prattikament impossibbli u saħqu li dawn ġew introdotti bla konsultazzjoni. 

Min-naħa tiegħu, kelliem għall-Ministeru tat-Trasport Ġermaniż ċaħad dawn l-insinwazzjonijiet u qal li t-tibdil li saru jġibu lill-Ġermanja f’linja mal-obbligazzjonijiet internazzjonali. 

Sport