Monday, December 9, 2024

“Il-ġid li nħoloq mar għand il-familji u n-negozji”

- Il-Ministru Silvio Schembri

Aqra wkoll

“Il-ġid li nħoloq taħt Gvern Laburista mar għand il-familji u n-negozji.” Hekk stqarr il-Ministru Silvio Schembri waqt li kien qiegħed jindirizza attività politika bit-tema “Inġeddu Malta Pajjiżna” li saret f’Marsaxlokk.

Beda d-diskors tiegħu billi qal li l-Partit Laburista se jkun qiegħed jispjega fejn jinsab illum il-ġurnata pajjiżna u kif se nkomplu nimxu ‘l quddiem u anke x’soluzzjonijiet hemm għal problemi.

Stqarr li t-triq għall-Partit Laburista fil-Gvern qatt ma kienet faċli. “Kull meta kien hemm żminijiet fejn kien hemm bżonn l-għaqda nazzjonali biex il-pajjiż ikompli javanza dejjem sab il-forzi konservattivi magħqudin flimkien mal-Partit Nazzjonalista biex itellfu dan il-progress,” qal il-Ministru Schembri.

Fid-diskors tiegħu qal l-poplu ma jinteressaħx mill-ġlied tal-politiċi, imma jinteressah mill-progress tal-pajjiż u jrid lill-Partit Laburista fil-Gvern għax jaf li dan il-partit għandu s-soluzzjonijiet għal Malta tagħna.

Fakkar minn fejn telaq l-Partit Laburista fl-2013 meta rebaħ il-Gvern. Qal li dakinhar kien hemm eluf ta’ persuni jfittxu x-xogħol, l-ekonomija mhux tikber u anke l-kontijiet esaġerati tal-ilma u dawl li kienu jħallsu l-familji u n-negozji.

Il-Ministru stqarr li dak iż-żmien bl-appoġġ tan-nies kien hemm ir-rieda biex biddilna l-pajjiż. Qal l-investimenti kbar li saru biex il-poplu llum qiegħed jgħix aħjar fost l-oħrajn li l-Gvern jissisidja l-kontijiet tad-dawl u l-ilma.

Fakkar li taħt Gvern Laburista l-ekonomija ħadet il-ħajja u llum wieħed jista’ jiftaħar bil-ġid li hawn f’pajjiżna. Kompla jgħid li dan il-ġid kollu mar għand il-familji, għand in-negozji u l-komunitajiet tgaħna.

Kien hawn li l-kelliem semma l-ħafna miżuri li ddaħlu minnn Gvern Laburista biex il-poplu llum jgħix ħajja ta’ kwalità. Fost dawn semma ż-żieda fil-pensjonijiet, iż-żieda fl-istipendji, l-IVF b’xejn, trasport pubbliku b’xejn fost oħrajn.

Temm jgħid li l-pajjiż jinsab f’pożizzjoni b’saħħitha li issa l-pajjiż jitla’ t-tarġa li jmiss li jibda jagħżel il-kwalità.

Ekonomija

Sport