Thursday, December 26, 2024

Il-ġinnasta Simone Biles tispira lil sħabha għad-deheb

Aqra wkoll

Simone Biles ispirat lill-Istati Uniti għar-rebħ tal-midalja tad-deheb fil- Ġinnastika Artistika tat-Timijiet tan-nisa hekk kif  din ir-rebħa tista’ titqies bħal ritorn qawwi tagħha wara bosta diffikultajiet personali.

Għall-ġinnasta l-aktar imżejna fid-dinja din kienet l-ewwel deheb Olimpiku minn Rio 2016 wara li kellha tirtira minn diversi avvenimenti f’Tokjo tliet snin ilu minħabba li wirjiet tagħha kienu affwetwati minn blokk mentali. 

Sportivi leġġendarji, bħal Serena Williams u Michael Phelps, kienu preżenti fil-Bercy Arena li kienet ippakkjata bil-partitarji … u bid-diska ta’ Taylor Swift għall-prestazzjoni tagħha,   Biles issiġillat deheb għat-team tagħha li kien jinkludi wkoll lil Sunisa Lee, Jordan Chiles, Jade Carey u Hezly Rivera.

L-Italja rebħu l-fidda b’punteġġ totali ta’ 165.494 filwaqt li l-Brażil ħadu l-bronż b’total ta’ 164.497 punti.  

Biles, ta’ 27 sena, għamlet ritorn brillanti għall-istadju Olimpiku fl-avveniment ta’ kwalifikazzjoni tal-Ħadd, meta kisbet il-quċċata tal-klassifika kollha, ibbukkjat l-post tagħha fi tliet finali ta’ dixxiplini differenti tal-ġinnastika u għenet biex it-team jirbaħ id-deheb b’punteġġ verament għoli, dak ta’ 171.296. 

B’din ir-rebħa, l-Amerikani ħadu lura t-titlu li kienu tilfu kontra r-Russi, f’Tokyo 2020, f’finali li fiha Biles kellha tirtira wara l-ewwel rotazzjoni minħabba li kienet qed tbati minn saħħa mentali u kif ukoll fiżika. 

Peró, issa rritornat bil-kbir!

Ekonomija

Sport