Tuesday, December 24, 2024

Il-ġirien f’Malta l-iktar storbjużi fl-UE

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Matul l-2019 persuna minn kull erbgħa f’Malta batiet minħabba storbju ikkawżat mill-ġirien.

Dan jirriżulta mill-aħħar statistika maħruġa mill-Eurostat fejn jirriżulta li Malta kellha l-iktar ġirien storbjużi bi 28.3% jilmentaw dwar dan.

Wara Malta ġew l-Olanda u l-Ġermanja b’26.6% u 26.1% rispettivament ta’ residenti li lmentaw minn storbju tal-ġirien.

Il-Kroazja, l-Estonja u l-Irlanda kellhom l-inqas rata bi 8.2% biss tal-abitanti ilmentaw minn storbju ikkaġunat mill-ġirien.

Kif mistenni l-ikbar storbju kien fl-ibliet b’24.1% ilmentaw minn storbju waqt li fiz-zoni rurali l-ilment naqsu għal 10.4%.

L-istorjbu tal-ġirien affettwa 20.8% ta’ dawk li jgħixu għal rashom, 17.8% ta’ dawk li jgħixu f’dar fejn hemm żewġ adulti u 15.5% fejn hemm iktar minn tliet residenti.

Fost djar fejn hemm jgħixu tfal li mhux dipendenti fuq l-adulti kienu 18.2% li lmentaw mill-istorbju mentri f’dawk li iva l-ammont niżel għal 16.4%.

Ekonomija

Sport