Messaġġi ta’ solidarjetá u niket ittellgħu fuq il-media soċjali waqt il-ġisem mejjet tal-eks internazzjonali tal-Ghana, Christian Atsu, ġie ripatrijat lejn pajjiżu għaxart ijiem wara li nqatel fit-terremot li ħakem in-nofsinhar tat-Turkija.
Il-mewt tal-eks midfielder ta’ Newcastle, Atsu, tħabbret is-Sibt mill-aġent tiegħu, Nana Sechere, li qalet li l-katavru tal-player instab 12-il jum wara li d-diżastru laqat lit-Turkija u s-Sirja u ħasad aktar minn 44,000 ħajja.
Atsu, li kellu 31 sena u li fil-karriera tiegħu lagħab ma’ Chelsea, Everton u Porto, kien qed jilgħab mat-team Tork tas-Super Lig, Hatayspor, fiż-żmien tal-mewt tiegħu.
Huwa kien ilu ambaxxatur għall-karità globali tat-tfal Arms Around The Child (AATC) mill-2016, kien il-benefattur ewlieni ta’ skola ġdida li waslet biex titlesta f’Senya Beraku, fil-Ghana.
Huwa kien iżur lit-tfal u l-proġett hemmhekk f’diversi okkażjonijiet.
Kelliem għal ACLS qal: “Huwa b’uġigħ u dispjaċir kbir li rridu niktbu dan il-kliem. Aħna żammejna fuq it-tama li Christian se jgħix u jinstab fit-terrapien tat-terremot traġiku li seħħ fit-Turkija u s-Sirja.
“Christian Atsu kien bniedem tassew uniku u mill-isbaħ, u l-wirt tiegħu se jibqa’ jgħix fl-eluf ta’ persuni li għen f’ħajtu.”