Sunday, November 24, 2024

Il-ġisem ta’ Christian Atsu jinsab mejjet qal it-tifrik tat-terremot fit-Turkija

Aqra wkoll

Il-player, Christian Atsu, instab mejjet taħt it-terrapien tad-dar tiegħu kważi ġimgħatejn wara t-terremot fit-Turkija, ikkonfermat l-aġent tiegħu.

L-internazzjonali tal-Ghana, 31 sena, lagħab ma’ Everton, Chelsea u Newcastle tal-Premier League.

Atsu kien ilu nieqes mit-terremot tas-6 ta’ Frar li kkawża l-kollass tal-appartament tiegħu f’Antakya, Hatay.

Il-club tiegħu, Hatayspor, ħareġ stqarrija fejn esprima d-dispjaċir tiegħu għal mewt ta’ dan il-player:

“M’hemm l-ebda kliem biex niddeskrivu d-dwejjaq tagħna.

“Mhux se ninsewk, Atsu. Is-sliem għalik, ġentlom u persuna ta’ qalb tajba.”

Wara t-terremot, Hatayspor inizjalment irrapportaw li Atsu kien ġie salvat “bi ġrieħi gravi”, iżda jum wara dik il-pożizzjoni nbidlet.

L-aġent tiegħu Nana Sechere, li ilha fil-belt ta’  Hatay, ikkonfermat l-aħbar nhar is-Sibt fuq Twitter, u kitbet: “B’qalb muġugħa nħabbar li sfortunatament il-katavru ta’ Christian Atsu nstab dalgħodu qalb it-tifrik tat-terremot. 

Atsu ingħaqad ma’ Hatayspor f’Settembru 2022 wara staġun mat-team tal-Arabja Sawdija, AL-Raed, fejn skorja l-goal tar-rebħa fil-logħba tas-Super Lig, fil-5 ta’ Frar.

Huwa rebaħ 65 partita għall-Ghana u għen lil pajjiżu jikkwalifika għall-finali tat-Tazza tal-Afrika tan-Nazzjonijiet tal-2015 fejn tilfu kontra l-Ivory Coast bil-penalties. 

Huwa ingħaqad ma’ Chelsea mingħand Porto fl-2013 u kellu diversi perjodi ta’ self ma’ Everton u Bournemouth.

Fl-2016, huwa ngħaqad ma’ Newcastle fejn għen lit-team jirbaħ il-promozzjoni għall-Premier League. 

Sport