Sunday, December 29, 2024

IL-ĠLIEDA KONTRA L-FAQAR … 

Aqra wkoll

L-isforzi li qed isiru min-naħa tal-Gvern sabiex kemm jista’ jkun jonqos il-faqar f’pajjiżna qegħdin iħallu r-riżultati mixtieqa. Dan joħroġ mill-aħħar rapport tal-EU-SILC, li hija l-istatistika Ewropea dwar id-dħul u l-kwalità tal-ħajja tan-nies. 

Dan ir-rapport juri li r-rata ta’ nies f’riskju ta’ faqar fl-2022, ibbażata fuq id-dħul fl-2021, naqset b’0.2 punti perċentwali u niżlet għal 16.7%. Din kienet l-inqas rata ta’ riskju ta’ faqar irreġistrata mill-2016 ‘l hawn.

Anke r-rata ta’ nies f’riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali naqset bl-istess punti perċentwali għal 20.1%. Din tal-aħħar, b’kejl inqas rigoruż minn tal-lum, kienet 24.6% fl-2013. Ir-rata ta’ riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali llum hija mill-inqas 4.5 punti perċentwali inqas milli kienet 10 snin ilu. Dawn iċ-ċifri juru li iktyar nies qed jgħixu ħajja aħjar milli kellhom.

Quddiem dan kollu, nisrtqarru li dawn il-kisbiet ma hjaqgħux mis-sema bħall-manna. Jinħtieġu ħidma kbira bi pjan u strateġija. Għalhekk, ma nistgħux nibqgħu siekta u ma nfaħħrux l-inċentivi li qed jiġu ntrodotti biex aktar persuni jidħlu fid-dinja tax-xogħol u jonqsu dawk li huma dipendenti fuq il-benefiċċji soċjali. 

Minkejja l-apprezzament ta’ dawn ir-riżultati daqstant pożittivi, nifhmu li xorta waħda fadal aktar xi jsir sabiex ir-riskju tal-faqar ikompli jonqos u l-ġid tassew jintlaħaq minn kulħadd. Għalhekk m’għandniex indawru wiċċna n-naħa l-oiħra quddiem realtajiet ġodda li qed jiżviluppaw, bil-ġlieda kontra l-faqar għandha tissokta sabiex ikun żgurat li ħadd ma jitħalla jaqa’ lura, u fejn ikun hemm bżonn, il-Gvern jintervjeni anke f’sitwazzjonijiet bħal dawn.

F’dan il-kuntest, ma jistax wieħed ma jfaħħarx is-sussudji tal-Gvern biex il-prezzijiet tal-fjuwils u tal-enerġija jibqgħu stabbli, u dan minkejja l-isfidi internazzjonali. Intervent li kien kruċjali għall-familji u n-negozji f’dan iż-żmien diffiċli, b’diversi msieħba soċjali jesprimu l-fehma tagħhom li dan is-sussudju fil-prezzijiet tal-enerġija għandu jkompli għaddej.

Fehmiet bħal dawn espressi mill-imsieħba soċjali jġibu fix-xejn kull argument politiku li s-sussidji m’hux sostenibbli u għandhom jieqfu. Aktar u aktar issa li nafu li jekk jitwaqqfu s-sussidji l-ekonomija taqla’ daqqa l-isfel ta’ €90 miljun.

Il-Gvern huwa konxju li hemm anzjani u familji li jeħtieġu aktar għajnuna u aħna konvinti li l-Gvern ma hux sr jabbandunahom. Dan nemmnuh għaliex il-Gvern għaraf jaffronta kull sfida b’rieda soda u b’impenn biex is-soċjetà tkun ekwa fejn kulħadd igawdi mill-ġid li jinħoloq fil-pajjiż.

Ekonomija

Sport