Saturday, December 28, 2024

IL-ĠLIEDA KONTRA T-TRAFFIKAR TAL-PERSUNI

Aqra wkoll

Eluf ta’ rġiel, nisa u tfal madwar id-dinja jispiċċaw f’idejn ittrafkanti kull sena, ħafna drabi billi jiġu mqarrqa biex jemmnu li qed jittieħdu għal xogħol li se jtejjeb il-futur tal-familja tagħhom, jew permezz ta’ forza u ħtif fost l-oħrajn.

Hemm ħafna modi kif in-nies jinqabdu fit-traffikar, iżda r-riżultat huwa l-istess, jitilfu d-drittijiet u lidentità tagħhom u huma użati u abbużati, u hija problema globali, industrija mhux wisq lura mid-droga u l-armi f’termini ta’ profitt għat-trafkanti.

In-nies traffikati huma sfurzati jaħdmu, xogħol iebes jew prostituzzjoni, u ġeneralment jittiħdulom l-identità u d-dokumenti tagħhom u jiġu mwissija b’pieni terribbli jekk jaħarbu. Ħafna drabi dawn in-nies jispiċċaw f’pajjiżi mhux familjari
għalihom, fejn ma jafux il-lingwa m’għandhomx mod kif jiksbu l-għajnuna.

Din is-sena, it-tema magħżul min-Nazzjonijiet Uniti biex ikun imfakkar il-Jum Dinji Kontra t-Traffikar tal-Bnedmin tikkonċerna l-aktar lit-tfal, hekk kif globalment wieħe minn kull tliet vittmi tat-traffikar talbnedmin huwa tifel jew tifla, bil-maġġoranza jkunu dawn tal-aħħar.

In-NU qiegħda tisħaq fuq l-importanza li tingħata prijorità lill-protezzjoni lit-tfal u anke li jissaħħu l-liġijiet u jitjieb l-infurzar tal-liġi biex ikunu provduti aktar riżorsi filġlieda kontra t-traffikar tat-tfal. Miżuri preventivi għandhom jiffokaw fuq l-indirizzar tal-kawżi fundamentali bħall-faqar u l-inugwaljanza.

Fuq bażi lokali, meta nitkellmu dwar dan is-suġġett, ma nistgħux ma nagħmlux referenza għall-għajnuna li l-Gvern qiegħed jagħti lillvittmi ta’ traffikar uman. Insemmu kif il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ Ian Borg, li bħalissa għand wkoll l-irwol ta’ Chair-in-Office tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u lKoperazzjoni fl-Ewropa (OSCE għall-2024, waqt li spjega l-ħidma taċ-Chairpersonship Maltija ta’ din l-organizzazzjoni kien iddikjara li se tkompli tkun miġġielda l-vjolenza fuq in-nisa u t-traffikar tal-bnedmin.

Insemmu wkoll li f’konferenza li ttellgħet fl-okkażjoni tal-Jum Dinj kontra t-Traffikar tal-Bnedmin, intqal li 17-il ruħ li sfaw vittmi ta’ traffikar tal-bnedmin sabu appoġġ bissaħħa ta’ servizzi li qegħdin jingħataw mill-Fondazzjoni għas-Servizzi
ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS).

Ninnutaw ukoll dak li ħabbret is-Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza Rebecca Buttigieg f’din l-istess konferenza illi Malta dalwaqt ikollha l-ewwel strateġija nazzjonali b’miżuri maħsuba biex jindirizzaw dan l-abbuż.

Għaldaqstant, il-Gvern huwa impenjat li jkompli jsaħħaħ l-għarfien dwar is-sinjali ta’ twissija tattraffikar tal-bnedmin u anke billi jtejjeb il-komunikazzjoni fost il-professjonisti. Fl-istess waqt, għandna għax nifhmu li se jissoktaw il-kampanji t’għarfien dwar forom varji ta’ traffikar uman bl-għan aħħari jkun dak li titqajjem kuxjenza akbar fuq dan is-suġġett.

Ekonomija

Sport