Sunday, December 22, 2024

“Il-ġlieda tkompli… l-ebda sajf, sħana jew vaganzi mhu se jwaqqfuna”

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech dwar il-każ ta' Jean Paul Sofia

Aqra wkoll

F’messaġġ li għamel fuq l-istazzjon televiżiv tal-Partit Nazzjonalista, il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech qal li lbieraħ kienet “ġurnata sewda għal pajjiżna”.

Huwa kien qed jitkellem dwar il-vot li ttieħed fil-Parlament fejn m’għaddietx il-mozzjoni tal-Oppożizzjoni biex jinħatar bord ta’ inkjesta dwar il-mewt ta’ Jean Paul Sofia, iżda għaddiet kif emendata mill-Gvern.

Dr Grech qal li ħafna ttamaw li fl-aħħar mument, il-Prim Ministru kien se “jrattab qalbu” iżda mal-vot, dik il-karba, dik it-tama nbidlet f’rabja. Huwa nsista li se jibqgħu jagħtu appoġġ sħiħ għall-verità, għas-sewwa, għall-ġustizzja, għaż-żgħir li huwa bla vuċi.

“Il-ġlieda tkompli, l-ebda sajf, sħana jew vaganzi mhu se jwaqqfuna. Se nibqa’ warajk Isabelle. Il-PN se jibqa’ warajk Isabelle. Il-poplu Malti se jibqa’ warajk Isabelle,” qal il-Kap tal-Oppożizzjoni.

Huwa temm jappella biex aktar nies jingħaqdu magħhom f’dik li sejħilha “għaqdna nazzjonali għas-sewwa u l-verità.”

Ekonomija

Sport