Saturday, December 21, 2024

Il-GMA fetħet Akkademja tal-Motokross għat-tfal ġewwa Għawdex

Aqra wkoll

Waqt serata ferm sabiħa u nteressanti, l-Onorevoli Ministru għal Għawdex, Clint Camilleri, kixef tliet muturi zgħar ġodda li nxtraw apposta għal din l-Akkademja. Tfal minn eta’ bejn 5 u 16–il sena issa jistgħu jattendu għall-lezzjonijiet tal-motokross ġewwa t-trekk Ta Xħajma f’Għawdex. Dan seħħ permezz tal-iskema sportiva għall-Promozzjoni ta’ Inizzjattivi u Faċilitajiet Sportivi 2021

Permezz ta’ dawn il-fondi, l-assoċċjazzjoni xtrat dawn il-muturi  bies tfal li jixtiequ jipruvaw dan l-isport ikunu jistgħu jagħmlu dan waqt taħriġ li se jibda jingħata apposta kull ġimgħa minn kowcis imħarrgin apposta għal dan il-għan u li issa huma ċċertifikati f’din id-dixxiplina mħallta flimkien ma snin twal ta’ esperjenza.

Sadanittant, l-assoċċjazzjoni ddizinjat il-logo ġdid apposta għall akkademja kif ukoll poster sabiħ u attraenti li ser jitqassam fl-iskejjel. L-objettiv tal-GMA huwa li l-motokross jitnizzel fil-lista ta’ dixxiplini sportivi fil-programm Skola Sajf-On the Move ħalli t-tfal li mhumiex inklinati lejn dixxiplini sportivi hekk msejjħa tradizjjonali, ikollom l-opportunita’ li jagħżlu l-motokross bħala sports favorit tagħhom.

Is-serata tal-bieraħ kienet waħda ta’ suċċess grazzi għal Onorevoli Minsistru għal Għawdex Clint Camilleri, il-Ministeru għal Għawdex, il-president tal-GMA Frank Bruno flimkien mas-segretarju Ezekuttiv VickyAnn Xuereb, Abraham Said minn Vini e Capricci by Abraham’s, Alvin Scicluna minn CVC media, Francesco Debono, Kevin Debono, Alan Xuereb, Fr Eddie Vella li bierek il-muturi u anke lit-tfal, membri tal-kumitat, sewwieqa, ġenituri u t-tfal infushom.

Dawk li huma nteressati li jkunu jafu aktar jistgħu jżuru l-paġna ta’ FB, jew il-websajt

www.gma.org.mt. Tista’ wkoll tibgħat imejl fuq [email protected] jew iċċempel fuq 7909489

Ekonomija

Sport