Friday, September 13, 2024

Il-ġnien biswit il-Mitħna fil-Mosta se jissemma għal Victor Calvagna

Aqra wkoll

Ix-xogħolijiet fil-ġnien biswit il-mitħna fil-Mosta dalwaqt ikunu lesti u ġie żvelat li dan il-ġnien se jissemma għall-mibki Dr Victor Calvagna.

Dan tħabbar mis-Segretarju Parlamentari Alex Muscat li qal li Ġnien Victor Calvagna se jibqa’ jservi ta’ eżempju ta’ kif għandu jkun ċittadin eżemplari, li jaqdi rwolu fis-soċjetà b’imħabba u dedikazzjoni.

F’messaġġ qasir fuq il-midja soċjali, Muscat qal: “Illum nista’ niżvela li ftit tal-ġimgħat ilu kelli l-opportunità li niltaqa’ mal-familja tal-mibki Dr Calvagna u qbilna li dan il-ġnien ikun iddedikat u msemmi għalih.”

Żied jgħid: “Victor ix-xogħol tiegħu kien proprju mat-tfal u min jaf kemm għen u salva tfal. Dan il-post se jattira ħafna tfal u familji u għalhekk huwa xieraq li niddedikaw dan il-ġnien għalih.”

Ekonomija

Sport