Wednesday, December 24, 2025

Il-Ġnus Magħquda tħeġġeġ lill-Iran ma jagħtix il-piena tal-mewt lill-attivista għad-drittijiet tan-nisa

Aqra wkoll

Il-Ġnus Magħquda u anke 400 mara madwar id-dinja ħeġġew lill-Iran biex ma jagħtix il-piena tal-mewt lil Zahra Tabari, inġiniera ta’ 67 sena u attivista għad-drittijiet tan-nisa.

Kienet il-familja tal-attivista li qalet li f’April li għadda hija kienet ġiet arrestata.

F’Ottubru li għadda Zahra nstabet ħatja li rribellat mill-Qorti f’Rasht. Il-proċess ġudizjarju mill-Qorti sar permezz ta’ ġuri li xxandar ‘online’, iżda dam għaddej biss għaxar minuti. I

Il-Ġnus Magħquda qalet li mill-inqas 51 persuna oħra qegħdin jiffaċjaw il-piena tal-mewt fl-Iran wara li nstabu ħatja ta’ reati kontra s-sigurtà nazzjonali.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport