Il-Ġnus Magħquda ħabbret li keinet qiegħda twaqqaf xi programmi ta’ għajnuna li toffri fl-Afganistan u wissiet li aktar attivitajiet li tieħu ħsieb hi jistgħu jieqfu b’mod temporanju.
Din id-deċiżjoni waslet wara li l-Gvern Taliban waqqaf min-nisa milli jaħdmu f’NGOs li joffru għajnuna lill-poplu Afgan.
Il-Kordinatur tal-Ġnus Magħquda Martin Griffiths, li hu wkoll il-kap tal-Aġenziji u għajnuna internazzjonali qal li l-awtoritajiet Talibani nhar l-Erbgħa waqfu lin-nisa li jaħdmu fil-qasam umanitarju milli jkomplu jaqdu dmirhom fil-pajjiż. Hu qal ukoll i l-Ġnus Magħquda qatt ma tista’ taqbel mad-deċiżjoni li n-nisa ma jitħallewx jattendu fi skejjel, universitajiet kif ukoll jipparteċipaw fil-ħajja pubblika.
“Il-ħaddiema nisa huma importanti ħafna fl-għajnuna umanitarja fl-Afganistan. Li twaqqaf lin-nisa milli jaħdmu f’dan il-qasam hemm konsegwenzi kbar fuq il-ħajja tal-poplu Afgan. Diġà kellhom jitwaqqfu b’mod temporanju programmi minħabba nuqqas ta’ staff femminili,” intqal fl-istqarrija tal-Ġnus Magħquda.