Saturday, December 13, 2025

Il-gradwati jiżdiedu b’6.5% fl-2024

Aqra wkoll

Il-gradwati jiżdiedu b’6.5% fl-202. Fl-2024, il-gradwati tal-livell terzjarju bʼkollox laħqu 6,210, żieda taʼ 6.5 fil-mija fuq is-sena taʼ qabel.

Ftit aktar minn nofs il-gradwati terzjarji kisbu kwalifika fʼlivell 6 tal-ISCED (Baċellerat jew ekwivalenti) (55.2 fil-mija). Aktar minn nofs il-gradwati fil-livell terzjarju kienu nisa (57.3 fil-mija).

Il-maġġoranza assoluta tal-gradwati terzjarji kellhom bejn l-20 u d-29 sena (70.6 fil-mija).

Fl-2024, il-qasam ta’ studju tan-‘Negozju, amministrazzjoni u liġi’ kien l-aktar wieħed popolari fost il-gradwati terzjarji – 33.8 fil-mija tal-gradwati kollha fil-livell terzjarju.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport