Il-Gran Brittanja waslet sal-finali tal-Billie Jean King Cup tat-tennis għall-ewwel darba sa mis-sena 1981 meta għelbu lil Spanja bl-iskor ta’ 3-0, f’logħba li huma kellhom jirbħu akkost ta’ kollox.
Wara li l-Brittaniċi tilfu l-logħba inawgurali 2-1 kontra l-Kazakhstan, il-kowċ Anne Keothavong ħeġġet lill-plejers tagħha sabiex jibqgħu jemmnu fil-kwalifikazzjoni bit-tennista Heather Watson li kienet determinanti meta għelbet lil Nura Parrizas Diaz ta’ Spanja 6-0, 6-2 sabiex wittiet it-triq għal din il-finali storika.