Monday, December 23, 2024

Il-Greċja u l-Italja jiffirmaw ftehim storiku dwar il-fruntieri marittimi

Aqra wkoll

Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Grieg, Nikos Dendias u dak Taljan, Luigi Di Maio ffirmaw ftehim dwar il-fruntieri marittimi li permezz tiegħu se tinħoloq żona ekonomika esklussiva bejn iż-żewġ pajjiżi. 

Dan il-ftehim kien estensjoni ta’ dak li kien ġara fl-1977 u twitti t-triq biex il-Greċja u l-Italja jesploraw kif jistgħu jisfruttaw ir-riżorsi marittimi li għandhom iż-żewġ pajjiżi. Dan il-ftehim, iwitti wkoll it-triq biex il-Greċja tilħaq ftehim simili anke mal-Albanija. 

Dan il-ftehim sar filwaqt li kienu għaddejjin xhur ta’ tensjoni bejn il-Greċja, Ċipru u t-Turkija u anke wara li t-Turkija ffirmat ftehim mal-gvern Libjan li jagħtiha d-drittijiet għall-esplorazzjoni u t-tħaffir f’partijiet fil-Lvant tal-Mediterran li għandu x’jaqsam mal-Greċja. 

Ekonomija

Sport