Il-Grupp Amerikan, Friedkin, xtara l-club ta’ Everton b’mod uffiċjali mingħand is-Sid Farhad Moshiri.
Il-ftehim għal 99.5% tal-club huwa maħsub li jiswa aktar minn £400m u t-Toffees saru l-10 club fil-Premier League taħt ir-responsabbiltá ta’ konsorzji Amerikani.
Il-grupp laħaq ftehim ma’ Moshiri fit-23 ta’ Settembru u kien qed jistennew l-approvazzjoni regolatorja, bil-Premier League jkollu l-aħħar kelma dwar il-ftehim … hekk kif eventwalment dan issa ngħata.
Il-grupp ibbażat f’Texas huwa mmexxi miċ-chairman Dan Friedkin u għandu wkoll il-club Taljan tas-Serie A, Roma. Friedkin għandu valur nett ta’ £ 6.16 biljun, skond Forbes.
Friedkin ġie propost bħala ċ-chairman tal-bord ta’ Everton, b’Marc Watts iservi bħala chairman eżekuttiv.
Watts, il-president tal-Grupp Friedkin, se jkun responsabbli mit-tmexxija tal-club.