Friday, December 13, 2024

Il-Grupp MAPFRE jirkupra u jirriċikla 95% tal-iskart tiegħu

Aqra wkoll

Il-Grupp MAPFRE huwa impenjat bis-sħiħ lejn il-kunċett ta’ sostenibbiltà, u jaspira li jsir kumpanija ta’ referenza fil-kontribut għal mudell ekonomiku li jagħmilha possibbli li jiġu ġġenerati opportunitajiet ta’ negozju, filwaqt li jkunu protetti kemm l-ambjent u s-soċjetà.

Il-Grupp jippromwovi l-konsum responsabbli tar-riżorsi, kif ukoll it-tnaqqis, l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ tal-iskart, u b’hekk inaqqas ir-rimi f’miżbliet. Il-Grupp jieħu wkoll azzjonijiet biex jiġġieled il-ħela tal-ikel. Is-sena l-oħra, total ta’ 3,112-il tunnellata ta’ skart kien iġġenerat mill-Grupp madwar id-dinja, li minnhom 2,960 tunnellata, jew 95% tat-total, kienu soġġetti għal proċessi ta’ rkupru, riċiklaġġ u produzzjoni tal-enerġija. 

Fost l-istadji importanti ewlenin tagħha fl-2021, MAPFRE evitat il-konsum ta’ 1,132 tunnellata ta’ karta grazzi għall-firma elettronika bijometrika. 49% tal-iskart totali tat-tagħmir tat-teknoloġija fi Spanja kien użat mill-ġdid, waqt li 41,149 kilo ta’ oġġetti teknoloġiċi ingħata bħala donazzjoni. 351 tunnellata ta’ skart f’erba’ binjiet kien riċiklat, li jirrappreżenta 92 % tal-iskart iġġenerat mill-kumpanija fil-kwartieri ġenerali korporattivi tagħha fi Spanja. Din l-aħħar kisba saret possibbli bis-saħħa tal-proġett “Skart Żero”, ċertifikat mogħti mill-AENOR lil kumpaniji li jikklassifikaw l-iskart li jiġġeneraw, sabiex ikun jista’ jerġa’ jintuża jew jiġi riċiklat, u ma jispiċċax f’miżbla. Sal-2024, MAPFRE biħsiebha testendi dan il-proġett f’pajjiżi oħra, inklużi l-Brażil, il-Messiku u Puerto Rico. 

Sadanittant, MAPFRE eliminat ukoll il-fliexken u t-tazzi kollha tal-plastik li jintużaw darba biss, grazzi għall-proġett ‘MAPFRE Plastic-Free’.

Permezz ta’ CESVIMAP, iċ-Ċentru ta’ Sikurezza u Esperimentazzjoni fit-Toroq MAPFRE, il-kumpanija ħadmet fuq total ta’ 38,819 vettura li m’għadhiex tintuża, li minnhom irkuprat 156,948 parti għall-użu mill-ġdid fi swieq differenti. Dan iċ-ċentru tat-teknoloġija globali jispeċjalizza fit-tiswija u r-riċiklaġġ tal-vetturi, fost servizzi oħra. Huwa meqjus bħala punt ta’ riferiment dwar kif il-vetturi jintremew b’mod sostenibbli, l-estensjoni tal-ħajja tal-partijiet, biex jiffaċilita l-użu mill-ġdid tal-materja prima, bħall-plastik u l-ħġieġ, u t-tnaqqis tal-konsum tal-enerġija.

Il-Pjan dwar l-impatt tal-karbonju tal-Grupp MAPFRE għall-2030 jistabbilixxi mira ambizzjuża ta’ rkupru għas-snin li ġejjin: li jsir użu minn 84 % tal-iskart iġġenerat mill-Grupp fil-pajjiżi fejn jopera sal-2024, u sa 90% sal-2030.

Minbarra l-inizjattivi ambjentali globali fil-prattiċi lokali tagħha stess, MAPFRE f’Malta ħawlet ukoll 1,000 siġra fil-Park Naturali tal-Majjistral, u daħlet fi ftehim mal-amministrazzjoni tal-Park biex jiġi żgurat li dawn is-siġar jirċievu l-attenzjoni kollha meħtieġa biex jikbru b’saħħithom.

Ekonomija

Sport