Thursday, October 2, 2025

Il-Grupp Parlamentari Laburista fuq in-naħa taċ-ċittadini Maltin u Għawdxin kollha

Aqra wkoll

Il-Green Paper hija l-unika triq għat-tisħiħ tal-liġi ambjentali f’pajjiżna wara li diversi organizazzjonijiet u għaqdiet li jirrapreżentaw eluf ta’ ċittadini tkellmu dwar it-tħassib serju għall-abbozz tal-Partit Nazzjonalista

Il-Grupp Parlamentari tal-Partit Laburista llum ivvota favur eluf taċ-ċittadini Maltin u Għawdxin li b’emenda tal-Partit Nazzjonalista kien se jkollhom id-delizzji tagħhom u attivitajiet ekonomiċi li ilhom regolati għal snin sħaħ ipperikolati.

Dan it-tħassib kien ukoll espress minn esperti legali.

F’dikjarazzjoni qabel il-vot, il-Whip tal-Grupp Parlamenti Naomi Cachia, spjegat illi: “Il-Gvern qatt ma jista’ jkun parteċipi f’emenda li tbiddel l-ogħla liġi tal pajjiż, mingħajr ebda konsultazzjoni, ebda analiżi u mingħajr ma jitqies l-impatt usa’ ta’ dawn il-bidliet.  Fl-aħħar jiem ressqu ‘l quddiem diversi għaqdiet u anke esperti legali, li esprimew it-tħassib tagħhom għal dak li qed jiġi propost mill-Oppożizzjoni, liema tħassib ma nistgħux ninjoraw.”

Fil-Parlament, il-kelliema tal-Gvern spjegaw kif huma ma jistgħu qatt jinjoraw il-vuċi ta’ eluf ta’ ċittadini Maltin u ma jistgħu qatt ikunu parteċipi fi proposta tal-Oppożizzjoni tant dilettanteska. L-Oppożizzjoni riedet tgħaddi romblu minn fuq l-industriji ekonomiċi, lil min iħaddem, lill-isportivi, il-kaċċaturi u n-nassaba, il-każini tal-baned, u tant oħrajn, li tkellmu b’mod ċar u tond kontra l-proposta tal-Partit Nazzjonalista.

Il-kelliema tal-Gvern tkellmu wkoll fuq il-Green Paper li tressqet aktar kmieni llum mill-Ministri Miriam Dalli u Jonathan Attard. Il-Green Paper qed tistieden lill-poplu Malti u Għawdxi kollu jipparteċipa f’konsultazzjoni sabiex it-tisħiħ fil-liġijiet ambjentali jgawdi, kemm jista’ jkun, l-appoġġ ta’ kulħadd.

“Qatt ma nistgħu naqblu mal-Oppożizzjoni li trid tgħaddi romblu minn fuq min iħaddem, l-isportivi, il-kaċċaturi u n-nassaba, il-każini tal-baned, u tant oħrajn, li tkellmu b’mod ċar u tond. Jekk naqblu li rridu verament insaħħu l-liġijiet ambjentali, irridu naraw konsultazzjoni wiesgha. Nagħmlu dak li l-Oppożizzjoni m’għamlitx,” temmet għid Dr Cachia.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport