Saturday, December 28, 2024

Il-Grupp Parlamentari Nazzjonalista maqsum fuq il-liġi li tagħti dritt lill-ġenituri ma jirreġistrawx is-sess tat-tarbija

Aqra wkoll

Minn Victor Vella

Il-liġijiet 176 u 177 li se jagħtu dritt lill-ġenituri il-possibilità li ma jirregistrawx is-sess tat-tarbija sakemm dawn jagħżlu l-ġeneru tagħhom, jidher li kienu l-kawża ta’ argumenti sħan li qamu waqt laqgħa tal-Grupp Parlamentari Nazzjonalista li saret fl-aħħar sigħat. 

Diversi deputati esprimew ir-rabja tagħhom u dan hu minħabba l-fatt li mill-mod kif tkellmu id-deputat Karol Aquilina u Claudette Buttigieg il-kelliema tal-partit dwar dawn il-liġijiet deher li huma qed jieħdu  pożizzjoni favur fil-Parlament.

Sorsi li tkellmu ma’ IT-TORĊA allegaw li dan qajjem rabja b’xi deputati jgħidu li dan sa mingħajr ma’ kien kkonsultat il-grupp parlamentari. L-istess sorsi qalulna li r-rabja daret ukoll lejn il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech. Qed ikun allegat li ma tlaqqax il-grupp Parlamentari qabel ittieħdet pożizzjoni favur dawn il-liġijiet. 

Fil-grupp Parlamentari li sar wara li dawn il-liġijiet kienu diġa diskussi fil-Parlament, diversi deputati allegatament esprimew ir-rabja tagħhom li ma ġewx ikkonsultati. IT-TORĊA hi infurmata li kollox qed jindika li hemm deputati li taw indikazzjoni li huma qed jikkonsidraw li jivvotaw kontra d-direzzjoni tal-partit fuq din il-liġi jekk tibqa’ ma tiġix emendata kif qed jitolbu huma.  

L-istess sorsi qalulna li qamu argumenti kbar bejn għadd ta’ deputati. L-istess sorsi qalulna li din il-ligi jidher li se tkun ta uġigħ ta ras għal Bernard Grech għax l-Oppożizzjoni Nazzjonalista jidher li tista’ tinqasam x’ħin tiġi għall-aħħar vot dwar dawn il-liġijiet. L-istess sorsi spjegaw li qed tidher in-nuqqas ta esperjenza politika ta’ Grech.

L-istess sorsi qalulna li hemm kwistjoni ukoll dwar il-liġi marbuta mal-ugwaljanza.  Dan għax meta il-grupp parlamentari allegatament ried jiddeċiedi dwar il-liġi tal-ugwaljanza fil-Parlament, wara diskussjonijiet li kienu saru kien allegatament  intqal li din il-ligi tal-ugwaljanza kienet saret aċċettabbli għal Knisja. Jidher li wara inqalgħu kwistjonijiet ġodda minħabba li jidher li ma kienx il-każ u qamu battibekki sħaħ biex issa inbdiet reżistenza qawwija għall-liġi fi stadju ta’ kumitat parlamentari.

Jidher li l-istess sorsi qalulna li kollox jindika li Claudette Buttiġieġ trid tċċaqlaq minn kelliema għas-settur li qed issegwi bħalissa u tixtieq tkun kelliem għas-settur tas-saħħa fejn sa llum hemm shadow minister it-tabib Stephen Spiteri. 

Ekonomija

Sport