Wednesday, January 21, 2026

“Il-grupp tal-ħaddiema qed jagħti importanza kbira lis-suġġett tal-AI” – Jason Deguara

Aqra wkoll

Is-Segretarju Internazzjonali Jason Deguara tkellem dwar il-ħidma tiegħu fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew fil-grupp tal-ħaddiema. Qal li huwa kien involut f’għadd ta’ Kumitati fosthom fuq is-saltna tad-dritt, nies bi bżonnijiet speċjali u l-qasam diġitali fost oħrajn.

Deguara qal li l-qasam soċjali u d-drittijiet tal-konsumaturi flimkien mal-ekonomija kienu l-aktar tliet suġġetti li ħadem fuqhom. Huwa tenna wkoll li bħalissa l-grupp tal-ħaddiema qed jagħti importanza massima lis-suġġett tal-Intelliġenza Artifiċjali. 

Deguara qal ukoll li matul dawn l-erba’ snin irnexxielhom iġibu lill-President tal-Kumitat li kien ġej minn grupp tnejn f’Malta u anke indirizza lid-delegati fil-Konferenza Internazzjonali.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport