Friday, September 13, 2024

Il-grupp tar-reffiegħa ta’ San Gejtanu jitilqu lejn Ruma

Aqra wkoll

Kmieni dalgħodu, l-grupp tar-reffiegħa ta’ San Gejtanu qabdu triqthom lejn Ruma biex mal-wasla tagħhom jibdew il-ħidma li ser tagħti bidu għall-programm ta’ xahar attivitajiet fejn qed jiġi ċċellebrat il-500 sena mill-waqfa tal-ordni tal-kleriċi regolari tat-teatini.

Il-Vara ta’ San Gejtanu telqet mill-Knisja Arċipretali u Arċimatriċi l-Ħadd filgħaxija u waslet fil-Belt ta’ Ruma t-Tlieta tard filgħaxija. Wara quddiesa ċċellebrata mill-General tat-Teatini Salvadore Rodea Gonzales fil-Bażilika Minuri ta’ San Andrea della Valle, illejla, se jkun qed jingħata bidu fejn tintrefa l-vara u ssib postha f’nofs il-knisja fejn se tkun esposta hemm sal-jum tant mistenni mill-Ħamruniżi.

Dak li l-vara bix-xbieha tad-dehra mistika li għix San Gejtanu toħroġ f’pellegrinaġġ u tidħol fil-Bażilika Maġġuri ta’ San Pietru fil-Vatikan.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport