Friday, November 15, 2024

Il-Guinea se tirritorna għall-ħakma ċivili fi żmien tliet snin 

Aqra wkoll

Il-kap tal-Gvern militari tal-Guinea ħabbar li l-pajjiż se jerġa’ lura għall-ħakma ċivili wara perjodu tranżitorju ta’ 39 xahar. 

Meta kien qed jitkellem fuq it-televiżjoni, il-Kurunell Mamady Doumbouya qal li din il-proposta se tkun qiegħda titressaq quddiem il-Parlament tal-Guinea. 

L-armata tiegħu keċċiet lill-president elett permezz ta’ kolp ta’ stat is-sena l-oħra – mossa li ħafna ċittadini mill-Guinea laqgħu inizjalment. Iżda l-iskuntenizza bdiet tikber hekk kif il-ġunta militari naqset milli tagħti l-poter lill-ħakma ċivili. 

Din it-tħabbira saret wara li l-blokk reġjonali tan-nazzjonijiet tal-Afrika tal-Punent, l-Ecowas, stabbilixxa nhar it-Tnejn li għadda bħala skadenza biex l-armata tagħti l-iskeda ta’ żmien tagħha jew tiffaċċja sanzjonijiet immedjati. 

Din id-data nqabżet iżda l-ġunta talbet għal aktar ħin u qalet li qed tikkunsidra perjodu tranżitorju ta’ bejn 18 u 52 xahar. 

Is-Sibt li għadda, il-Kurunell Doumbouya qal li l-perjodu ta’ tliet snin u tliet xhur kienet il-proposta tan-nofs.

Ekonomija

Sport