Il-ġurija sabet lill-akkużata ħatja tal-ewwel akkuża b’disgħa voti, u ħatja tat-tieni akkuża b’sebgħa voti kontra tnejn.
Il-ġurati sabu lil Mayumi Santos Patacsil b’mod unanimu filwaqt li sabuha ħajta b’seba’ voti konta tnejn li għamlet rapport falz.
Is-sentenza se tingħata l-Ħamis li ġej.
AKTAR KMIENI: Il-ġurati jidħlu jiddeliberaw fil-każ tal-Fillipina mixlija li qatlet lis-sieħeb
Il-ġurati daħlu jiddeliberaw il-verdett fil-ġuri tal-mara mill-Filippini li tinsab mixlija li erba’ snin ilu qatlet lis-sieħeb tagħha fl-appartament fil-Mellieħa fejn kienu jgħixu. Aktar kmieni llum l-Imħallef Consuelo Scerri Herrera temmet l-indirizz tagħha lill-ġurati.
Mayumi Santos Patacsil, ta’ 48 sena, tinsab mixlija li qatlet lil Marcelino Montalban Saraza b’daqqiet ta’ sikkina fil-lejl ta’ bejn l-1 u t-2 ta’ Lulju tal-2021. Il-każ seħħ f’appartament fi Triq il-Fortizza fil-Mellieħa.