Monday, May 13, 2024

Il-ġuri dwar il-qtil ta’ Maria Lourdes Agius riesaq lejn tmiemu

Aqra wkoll

Il-ġuri ta’ Michael Emmanuel, li jinsab akkużat bil-qtil tas-sieħba tiegħu f’Raħal Ġdid f’Settembru tal-2018, riesaq lejn tmiemu. Dan wara li l-Prosekuzzjoni u d-Difiża infurmaw lill-Qorti li m’għandhomx aktar xhieda xi jressqu.

Jidher li l-akkużat kien interessat li jixhed però għal xi raġuni bidel l-opinjoni tiegħu. Kien għalhekk li l-Imħallef Aaron Bugeja beda jindirizza lill-ġurati biex jispjegalhom dwar l-aktar punti importanti li għandhom joqogħdu attenti għalihom f’dan il-ġuri.

Michael Emmanuel ta’ 33 sena mill-Kosta tal-Avorju qed ikun akkużat b’seba’ kapi t’akkuża, b’dik ewlenija tkun il-qtil ta’ Maria Lourdes Agius, omm ta’ sebat itfal. Huwa jinsab akkużat ukoll li wetaq vjolenza fuqha u fuq ommha u li kien fil-pussess ta’ dokumenti foloz fost oħrajn.

Għall-akkużat qed jidher l-Avukat tal-Għajnuna Legali Simon Micallef Stafrace mentri l-Prosekuzzjoni qiegħda titmexxa mill-Avukati Maria Francesca Spiteri u Anthony Vella mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali. L-Avukati Lara Dimitrijevic u Stephanie Caruana qed jidhru parte civile.

Sport