Sunday, December 22, 2024

Il-ġurnalista Pellegatti jitlef logħba ta’ AC Milan wara 59 sena

Aqra wkoll

Il-ġurnalista veteran Taljan, Carlo Pellegatti, li għandu 72 sena u jaħdem mal-istazzjonijiet tal-Mediaset tilef l-ewwel partita tat-tim favorit AC Milan wara 59 sena (jew aħjar 21,555 ġurnata). Dan kollu ġara waqt il-logħba li i Rossoneri lagħbu kontra Chelsea l-ġimgħa l-oħra mill-fażi tal-gruppi tal-UEFA Champions League.

Pellegatti sostna li ma xtaqx jitlef din il-partita u fl-istess ħin ir-rekord ta’ attendenza iżda minħabba li kien indispost, dan kollu ma setax iseħħ.

Pellegatti ilu sa mill-1983 jikkummenta logħbiet ta’ Milan fejn dan il-klabb hu ferm għal qalbu

Ekonomija

Sport