Thursday, February 19, 2026

“Il-ġustizzja soċjali mhijiex għażla politika iżda obbligu morali u istituzzjonali — l-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati

Aqra wkoll

“Il-ġustizzja soċjali mhijiex għażla politika jew slogan konvenjenti, iżda obbligu morali u istituzzjonali li għandu jiggwida kull deċiżjoni pubblika. Il-kejl veru ta’ Stat modern ma jinsabx biss fil-progress ekonomiku jew fl-istabbilt? amministrattiva, iżda fil-mod kif jipproteġi d-dinjit? tal-bniedem u jħares lil dawk li jinsabu f’sitwazzjonijiet ta’ vulnerabbilt?.” Hekk tenna l-Ispeaker Anġlu Farrugia meta aktar kmieni llum indirizza l-konferenza dwar il-ġustizzja soċjali li nżammet fil-Plenarja tal-Kamra tad-Deputati.

L-Ispeaker enfasizza li l-ġustizzja soċjali titlob viżjoni matura u responsabbli, fejn kull politika jew riforma tiġi evalwata wkoll fid-dawl tal-impatt tagħha fuq il-bniedem konkret — fuq il-familji, fuq il-ħaddiema, fuq is-saħħa fiżika u mentali, u fuq il-kwalit? tal-ħajja tal-ġenerazzjonijiet preżenti u futuri.

L-Ispeaker appella għal għaqda u maturit? istituzzjonali, filwaqt li tenna li din mhijiex kwistjoni partiġġjana iżda waħda ta’ interess nazzjonali. Huwa saħaq li l-Parlament għandu jibqa’ spazju ta’ rispett u riflessjoni serja, fejn il-kelma twassal għall-azzjoni u fejn il-ġustizzja soċjali ma tibqax prinċipju astratt iżda ssir realt? konkreta.

“Il-ġustizzja tibda bil-kelma, iżda titwettaq bl-azzjoni, u jekk irridu nkunu ġusti tassew, irridu nibqgħu nistaqsu lilna nfusna mhux biss x’għamilna iżda x’għad fadlilna nagħmlu,” temm jgħid l-Ispeaker Farrugia.

Il-konferenza ġiet indirizzata wkoll minn Alex Borg, Kap tal-Oppożizzjoni, minn Michael Falzon, Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal, minn Julia Farrugia, Ministru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat, u minn Justin Schembri, Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Edukazzjoni.

Wara l-konferenza Ivan Bartolo flimkien ma’ Charles Azzopardi u Justin Schmbri ippreżentaw Private Members Bill lill-Ispeaker.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport