Wednesday, October 30, 2024

Il-gvern b’inizjattiva jinġabru fondi għall-għajnuna umanitarja f’Gaża

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ qed isegwi l-iżviluppi umanitarji ta’ kuljum li joħorġu minn Gaża, li fi kliem is-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda, Guterres, jistgħu dalwaqt ikunu qed jaffaċċjaw katastrofi umanitarja. Tant hu hekk li b’rispons għall-iżviluppi, reċentement irdoppja l-kontribuzzjoni annwali tiegħu lill-Aġenzija tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Għajnuna u x-Xogħlijiet għar-Refuġjati tal-Palestina (UNRWA), li taħdem biex tassisti Palestinjani vulnerabbli f’Gaża u bnadi oħra.

Barra minn hekk, il-Ministeru ħa l-inizjattiva biex jassisti lill-membri tal-pubbliku li jixtiequ jagħtu donazzjoni ta’ fondi għal Gaża, billi jiffaċilita ġbir ta’ fondi li jinqasmu b’mod ugwali bejn l-UNRWA, kif ukoll il-Kumitat Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar, li qed jaħdem ukoll biex jindirizza s-sitwazzjoni umanitarja urġenti f’Gaża.

Intant membri mill-pubbliku li jixtiequ jagħtu donazzjoni ta’ fondi li mbagħad jinġabru u jingħataw lill-organizzazzjonijiet imsemmija hawn fuq jistgħu jagħtu fondi permezz tal-kont li ġej fil-Bank Ċentrali ta’ Malta:

ISEM: Humanitarian Fund

NUMRU TAL-KONT BANKARJU: MT63MALT011000041005EURCMG50000

INDIRIZZ: 331, ALLIED HOUSE, DCS -3RD FLOOR S VLT1060, VALLETTA

Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ tenna dwar l-impenn li jiżgura li l-fondi mogħtija lil dan il-kont se jintużaw biss biex jassistu nies vulnerabbli f’Gaża. Iċċara wkoll dwar id-deċiżjoni li jinġabru fondi aktar milli oġġetti ttieħdet wara d-diffikultajiet riċenti biex l-għajnuna umanitarja tgħaddi mill-qsim ta’ Rafah mill-Eġittu għal Gaża.

Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ fakkar li hu kien kkundanna immedjatament l-attakki kollha li qegħdin iseħħu f’dan il-kunflitt filwaqt li enfasizza dwar l-importanza li dejjem issir distinzjoni bejn il-Hamas u ċ-ċivili Palestinjani. 

Sport