Thursday, December 26, 2024

Il-Gvern determinat li jsaħħaħ il-liġijiet li jħarsu lill-ġurnalisti

Aqra wkoll

Fil-Berġa ta’ Kastilja, il-Prim Ministru Robert Abela laqa’ liċ-Chairman tal-Kumitat ta’ Esperti Dwar il-Midja, l-Imħallef Emeritu Michael Mallia, fejn irċieva mingħandu kopja tar-rapport li ħejja l-Kumitat ta’ Esperti b’rabta ma’ konsultazzjoni ulterjuri li saret dwar l-Abbozzi ta’ liġi li jittrattaw it-tisħiħ tal-protezzjoni u l-libertà tal-midja.

Dawn l-Abbozzi jinsabu fl-istadju tal-ewwel qari fil-Parlament, pendenti l-estensjoni tal-konsultazzjoni mitluba minn rappreżentanti tal-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin (IĠM).

Il-Prim Ministru tenna li l-Gvern hu determinat li jkompli b’riformi leġislattivi li jagħtu protezzjoni għolja lill-ġurnaliżmu.

Fost ir-riformi hemm il-liġi tal-Anti-Slapp, protezzjoni lill-ġurnalist li ma jiġix maħnuq minn azzjonijiet legali li jirriżultaw f’ipparalizzar abbużiv.

Preżenti għall-preżentazzjoni tar-rapport kien hemm ukoll il-Ministru għall-Ġustizzja Jonathan Attard.

Ekonomija

Sport