Saturday, November 23, 2024

Il-Gvern fi Ftehim Nazzjonali fil-Libja jieħu l-kontroll ta’ Bani Walid… joqrob lejn Sirte

Aqra wkoll

Minn MELVIN FARRUGIA

Il-Gvern bi Ftehim Nazzjonali fil-Libja reġa’ ħa f’idejh ir-raħal strateġiku ta’ Bani Walid mingħand il-qawwiet tal-kmandant Khalifa Haftar. 

Dawn huma l-aħħar żviluppi li ġraw ġurnat wara li l-Gvern rikonoxxut mill-Ġnus Magħquda ħataf il-belt ta’ Tarhuna, li kienet il-post minn fejn kienu qegħdin isiru l-attakki fuq Tripli. 

Din it-telf kienet waħda serja għal Haftar li ilu għaddej għal dawn l-aħħar 14-il xahar jattakka Tripli biex jieħu l-kontroll tagħha. 

Jidher li issa l-Gvern qed ipoġġu ħarstu fuq Sirte, li hi l-belt fejn kien jgħix Muammar Gaddafi. 

Madankollu, l-armata ta’ Haftar xorta għadha tikkontrolla żoni kbar fil-Lvant u anke fin-nofsinhar tal-Libja fejn hemm il-bjar taż-żejt ewlenin. 

L-Eġittu, flimkien mal-Emirati Għarab Magħquda u r-Russja, qed jappoġġjaw lil Haftar. Madankollu, jidher li din l-għajnuna ġiet imxejna fl-aħħar xhur hekk kif it-Torok qed jappoġġjaw lill-Gvern bi Ftehim Nazzjonali. 

Intant, The Libya Herald qiegħda tirrapporta li l-Armata Libjana għadha kemm ħadet kontroll tad-Distrett ta’ Wishka li jinsab fil-Punent ta’ Sirte.

Sport