Fl-aħħar sigħat il-Gvern fis-Slovenja ddikjara t-tmiem uffiċjali tal-pandemija tal-Covid-19 .
Dan il-membru stat għandu popolazzjoni ta’ żewġ miljun persuna, u rreġistra biss ftit każijiet fl-aħħar ġimagħtejn. Mil-lum, mhux se jkun hemm aktar kwarantina għal kull min jivvjaġġa lejn l-Islovenja minn pajjiżi oħra fl-Ewropa.
Infatti skont rapporti fuq siti barranin jidher li l-każijiet ġodda fl-aħħar ħmistax ma qabżux is-sitt każijiet. Dan il-pajjiż imiss mal-Italja, l-Awstrija, l-Ungerija u l-Kroazja u b’kollox kienu kkonfermati 1,464 każ ta’ persuni infettati u 103 persuni li mietu wara l-ewwel każ konfermat fit-12 ta’ Marzu.
Din l-aħbar tfisser li l-għajnuna finanzjarja sabiex issostni lil dawk milqutin mill-virus se tkun qiegħda tintemm fl-aħħar ta’ Mejju.