Żminijietna – Leħen ix-Xellug tappella lill-Gvern biex jagħti amnestija lil dawk l-immigranti li ilhom jgħixu f’Malta għal numru ta’ snin.
Żminijietna żiedet tgħid “li dawn l-immigranti taw kontributi siewi lill-ekonomija u s-soċjetà Maltija. Xi wħud minnhom saħansitra rabbew familja hawn Malta. Uliedhom ġew integrati fis-sistema edukattiva tagħna.”
“Is-suġġeriment tagħna lill-Gvern huwa li jagħti status legali lil dawk l-immigranti li ilhom jgħixu, jaħdmu u jħallsu t-taxxi u l-kontribuzzjonijiet soċjali għal numru ta’ snin”.