Wednesday, April 24, 2024

“Il-gvern għandu jdaħħal miżuri ġodda u jinforza dawk eżistenti”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

l-MUT tfakkar dwar l-ultimatum li tat lill-gvern


Fi stqarrija maħruġa minnha l-MUT qalet li n-numru ta’ każi pożittivi tal-COVID-19 li qed ikollna kuljum qed iwasslu għal sitwazzjoni fejn l-iskejjel qed ikollhom pressjoni enormi minn kull qasam. Qalet li r-rata ta’ trasmissjoni kompliet tikber u li dan qed iwassal għal:

-każi pożittivi tal-COVID-19 fl-iskejjel
– numru ta’ edukaturi u studenti li qed jinqabdu fi kwarantina
– studenti li ma jattendux l-iskola minħabba l-biża’
– ġenituri u kustodji li qed iduru fuq l-iskola sabiex tipprovdi tagħlim online għal dawn l-istudenti

Dan kollu qiegħed iseħħ waqt li l-edukaturi qegħdin jgħallmu lill-istudenti fl-iskejjel, bix-xogħol kollu li sar mill-edukaturi sabiex l-iskejjel setgħu jiftħu. L-MUT qed issotni li l-pressjoni fuq l-iskejjel hija kbira, u dan hu kkawżat biss minn nuqqas ta’ azzjoni tal-gvern li jdaħħal miżuri ġodda fis-soċjetà sabiex irażżan il-pandemija u kif ukoll jinforza l-miżuri eżistenti. “Din l-attitudni mill-gvern hija ta’ disrispett kbir lejn l-edukaturi, t-tfal u l-familji li qed jagħmlu minn kollox biex jevitaw ir-riskji li ġġib magħha l-pandemija”, tenniet l-MUT.

L-MUT fakkret li diġà tat ultimatum lill-gvern, li jiskadi għada, fejn qed tinsisti li l-gvern iħabbar miżuri neċessarji fis-soċjetà hekk kif ġew proposti mid-diversi unions u organizzazzjonijiet inkluż minn esperti fil-qasam mediku. L-istqarrija temmet tgħid li miżuri ulterjuri stretti u nfurzar li jwasslu għal trażżin tal-pandemija huma l-uniċi mezzi jekk il-gvern irid li l-edukazzjoni tibqa’ tingħata fl-iskejjel.

Sport